Reazzjoni għaqlija mill-Ministru Clifton Grima

Neville Gafa

~ 8 hours ago

Reazzjoni għaqlija mill-Ministru Clifton Grima

Dan is-sit kien minn tal-ewwel li ħareġ jikkundanna ftehim li sar bil-barka tas-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, li jqiegħed lill-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) fil-qalba tal-finanzjament tan-nurseries tal-futbol tat-tfal.

 

Matul il-jum tat-Tnejn, l-Onor. Clifton Grima, Ministru għall-Isport kkrtika dan il-ftehm bejn l-ARUC u l-MFA għall-fatt li din l-iskema tista’ tibgħat messaġġi mħallta liż-żgħażagħ.

 

 

Il-Ministru Clifton Grima saħaq li n-nurseries tal-futbol diġà jingħataw forom oħra ta’ appoġġ u staqsa jekk huwiex xieraq li awtorità li tirregola d-droga kannabis tiffinanzja inizjattiva sportiva għat-tfal, meta l-kannabis għadha projbita fl-isport kompetittiv skont ir-regoli kontra d-doping.

 

Dik hija d-differenza bejn politiku serju bħal ma hu Clifton Grima, għal politikanta bla ebda etika u valuri.

 

Dak li għamlet Rebecca Buttigieg tal-Human Rights mhux biss paradoss, iżda huwa kunflitt morali profond.

 

Tgħid x’ tgħid Rebecca Buttigieg, il-Cannabis tibqa’ droga. Id-droga hija l-akbar għadu tas-soċjetà. L-għadu tat-tfal u żgħażagħ.

 

Il-familji Maltin jistħoqqilhom ħafna aħjar minn kompromessi li jitqiesu bħala progress. L-isport, speċjalment dak tat-tfal, irid jibqa’ spazju nadif minn kull influwenza li tħawwad il-valuri fundamentali tal-iżvilupp u d-dinjità.

 

 

L-isport ma jistax jiġi vvelenat minn strutturi jew fondi marbuta mal-użu tad-droga.

 

Il-fondi tal-ARUC m’għandhomx post f’ambjent li jservi biex jiġi ffurmat il-karattru tat-tfal. Hija kwistjoni ta’ etika u responsabbiltà.

 

Inizjattiva bħal dik meħuda minn Rebecca Buttigieg tal-Human Rights tħassar kull etika. Inizjattiva li tmur kontra kull loġika. U meta l-linji jinqabżu, ma jibqax qafas li jiggwida lis-soċjetà; jibqa’ biss spazju fejn kollox isir ġustifikabbli.

 

 

Dan is-sit jirringrazzja lill-Ministru Clifton Grima għal kuraġġ politiku li wera. Pajjiżna għandu bżonn aktar politiċi bħal Clifton. Politiċi li ma jiddejqux jikkundannaw dak li hu ħażin, anke jekk ikun ġej mill-istess Gvern li jifforma parti minnu.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *