Li Tħobb lil Malta: Att Eżistenzjali ta’ Memorja u Responsabbiltà

Neville Gafa

~ 6 hours ago

Li Tħobb lil Malta: Att Eżistenzjali ta’ Memorja u Responsabbiltà

Inħobb lil Malta għax hija art twelidi. Iżda nħobbha wkoll għax hija ċivilizzazzjoni li tkompli tieħu n-nifs irrelevanti mill-isfidi.

 

Li tħobb lil Malta jfisser li tħalli lilek innifsek tinħakem mis-seħer ta’ storja li mhijiex biss kronoloġija, iżda sens ħaj minsuġ minn imperi, ideat u twemmin li għaddew minn fuq din l-art u ħallew marka li ma tithassar qatt. Din hija ċivilizzazzjoni ffurmata tul il-millenji, li baqgħet tippersisti mhux minkejja l-maltempati tal-istorja, iżda permezz tal-istess maltemp.

 

 

Il-poplu Malti mhux biss wiret territorju; wiret memorja kollettiva. Taħlita ta’ reżiljenza, għerf u identità li tgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra. Kull ġebla, kull triq, kull kelma fil-lingwa Maltija hija xhieda ta’ din il-kontinwità profonda.

 

Il-kultura tagħna ma kinitx passiva; kienet forza li dawwlet il-Mediterran. Fil-poeżija tagħna hemm il-vuċi tal-poplu, fl-arti hemm il-ħsieb, fl-ikel tagħna hemm l-istorja, u fl-arkitettura hemm il-memorja tal-ġnus li għaddew minn hawn u li, mingħajr ma riedu, saru parti minna.

 

Il-ħarsien ta’ pajjiżna huwa l-eqdem u l-aktar responsabbiltà sagra tagħna, u fl-istess waqt l-aktar waħda li tagħtina sodisfazzjon profond. Għax pajjiż ma jgħix biss permezz ta’ artu, iżda permezz tal-għożża tal-poplu. Li ngħożżuh u nrawmu t-tiġdid ta’ pajjiżna lil uliedna mhix għażla, iżda hija l-unika triq biex tissokta  l-eżistenza tiegħu.

 

 

F’dan il-kuntest, l-attenzjoni ssir virtù. Hija l-aktar forma rari u pura ta’ ġenerożità. Li tħobb lil pajjiżek ifisser li tkun ġeneruż lejh, u din il-ġenerożità ma tintweriex biss bi kliem jew simboli, iżda bl-attenzjoni kontinwa li nagħtuh: fil-mod kif nieħdu ħsieb l-ispazji tagħna, kif nipproteġu l-wirtna, u kif nibnu l-futur tiegħu b’responsabbiltà.

 

Għaldaqstant, li tħobb lil Malta huwa att ta eżistenza. Huwa għarfien li aħna parti minn xi ħaġa akbar minna, ċivilizzazzjoni li ma tmut qatt, iżda tkompli tinbena, tinbidel u tgħix fina lkoll.

 

Viva Malta Ħielsa 🇲🇹

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *