L-Imħallef Jacqueline Padovani Grima tneħħiet mill-Qorti tal-Familja. Fuq ordni tal-Prim Imhallef, Padovani Grima giet assenjata doveri fil-Prim Awla Qorti Civili.
L-ebda Imħallef ma huwa ’l fuq mill-iskrutinju. U meta jiġu mqajma allegazzjonijiet serji dwar prattiċi li jistgħu jaffettwaw il-ġustizzja, dawn għandhom jiġu eżaminati b’serjetà u trasparenza.

Jacqueline Padovani Grima
Hekk għamel il-Prim Imħallef Mark Chetcuti relatat ma l-aġir tal-Imħallef Jacqueline Padovani Grima. Għexieren ta’ familji jinsabu għaddejjin minn infern minħabba l-Imħallef Padovani Grima.
Dan is-sit, kien l-uniku wieħed voċiferu fil-konfront tal-Imħallef Jacqueline Padovani Grima. Kien ukoll l-uniku wieħed li sema’ l-karba ta’ għadd ta’ ġenituri rġiel li dehru quddiemha u sfaw umiljati u ttrattati ta’ żibel.

Mark Chetcuti
Dan is-sit jirringrazzja lill-Prim Imħallef Mark Chetcuti li aġixxa bl-akbar responsabbiltà għal ġid komuni.

