Remenda Grech: “Naħdmu sabiex nagħmlu d-differenza fil-komunitajiet tagħna.”

Neville Gafa

~ 7 hours ago

Remenda Grech: “Naħdmu sabiex nagħmlu d-differenza fil-komunitajiet tagħna.”

Twelidt u trabbejt f’raħal fin-naħa t’isfel ta’ Malta, Ħal Kirkop, raħal kwiet iżda b’qalb kbira. Għandi memorji ferm sbieħ tat-tfulija tiegħi, u kont nieħu sehem attiv fil-komunità, anke permezz ta’ attivitajiet organizzati tad-duttrina.

 

Kont ukoll involuta direttament mal-komunità tal-Imqabba, fejn ħdimt b’dedikazzjoni sabiex nintroduċu diversi proġetti u kunċetti ġodda, u nagħtu aktar ħiliet liż-żgħażagħ tagħna, anke permezz tal-festi tant għeżież għalina.

 

Għal dawn l-aħħar tmien snin għext fi Żurrieq, raħal mimli karatteristiċi tipiċi Maltin, fejn għadni ngħix sal-lum.

 

Remenda Grech

 

Dawn l-irħula, flimkien ma’ Ħal Safi u Qrendi, xi wħud isejħulhom “ta’ wara l-mina”. Dan b’referenza għall-mina inġenjuża li bena Partit Laburista meta nbniet ir-runway il-ġdida tal-ajruport fis-sebgħinijiet, bl-għajnuna tal-hekk imsejjaħ Protokoll Taljan, jiġifieri għajnuna finanzjarja, ta’ inġinerija u arkitettura ċivili li kiseb Dom Mintoff, l-arkitett ta’ Malta moderna, mingħand dan il-pajjiż ġar tagħna.

 

Fis-sajf, għandi memorji tant sbieħ ta’ meta kont ninżel ngħum ma’ sħabi, bħala żgħażugħa, f’Pretty Bay, Birżebbuġa, ġranet mimlija xemx, baħar u daħk. U mbagħad, ma kien jonqosx li ntemmuhom b’ikla tas-Sibt filgħaxija f’xi ristorant tal-lokalità magħruf għall-pizza, b’dik l-atmosfera sempliċi u familjari li tibqa’ miegħek.

 

Dawn l-irħula, huma kollha parti mill-ħames distrett, komunitajiet li flimkien jagħmluni min jien illum. Ejjew flimkien inkomplu naħdmu u nistinkaw sabiex nagħmlu d-differenza fil-komunitajiet tagħna.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *