Taħt Clint Camilleri jitlestew 50 triq residenzjali. Skont Alex Borg ma saret lanqas triq waħda.

Neville Gafa

~ 2 hours ago

Taħt Clint Camilleri jitlestew 50 triq residenzjali. Skont Alex Borg ma saret lanqas triq waħda.

Taħt it-tmexxija ta’ Clint Camilleri bħala Ministru għal Għawdex, fl-aħħar ħames xhur tlestew 13-il triq mill-100 triq residenzjali mwiegħda għal Għawdex fit-tliet snin li ġejjin. Mill- bidu ta’ din il-leġislatura saru xogħlijiet fuq 50 triq. 

 

 

Dan l-aħħar għadha kemm tlestiet Triq Għajn Qamar fix-Xagħra, fejn fiha ingħata 1,900 metru kwadru ta’ tarmak kif ukoll inbidlet il-provvista tal-elettriku.

 

 

 

Għaddejjin ukoll xogħlijiet estensivi mhux biss fix-Xagħra iżda wkoll fi Triq il-Ġidi, ix-Xewkija, Triq ir-Rabat, ix-Xewkija kif ukoll toroq oħrajn fosthom ix-xogħlijiet li bdew fi triq prinċipali, Triq it-Tiġrija, li min-Nadur twassal għall-Qala u xogħlijiet oħra li qegħdin fi stadju avvanzat fuq it-triq prinċipali ta’ Marsalforn.

 

 

Sadanittant, skont il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, mwieled u jgħix Għawdex, dan il-Gvern lanqas għamel mqar triq waħda fil-gżira Għawdxija.

 

 

Il-poplu jiġġudika lill-politiċi fuq dak li jwettqu. Lil Alex Borg ma jistgħux jiġġudikawh fuq il-ħidma, għax qatt ma għamel xejn. Però li hu żgur hu li l-Għawdxin se jiġġudikawh fuq li jgħid. Għax filwaqt li Alex Borg jgħid li ma saret ebda triq f’Għawdex, ‘ il bqija tal-Għawdxin jafu sew kemm sar xogħol fit-toroq Għawdxin.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *