Li tissejjaħ Elezzjoni Ġenerali f’dan il-mument mhix sempliċement deċiżjoni politika, iżda mossa strateġika biex jiġi żgurat li l-momentum pożittiv ma jieqafx u li l-pajjiż jibqa’ miexi ’l quddiem b’kunfidenza u stabbiltà.
Hekk ktibt ftit jiem ilu. Kburi li dan il-ħsieb jaqbel miegħu wkoll il-Prim Ministru. Dak li bdejt nispjega fl-aħħar ġimgħat reġa’ wera kemm dan is-sit huwa dejjem pass ‘il quddiem.

Il-Partit Laburista jinsab magħqud, ippreparat u b’viżjoni għas-snin li ġejjin. Il-mument strateġiku mhuwiex fil-futur. Il-mument opportun huwa issa.
Għalhekk, il-Prim Ministru sejjaħ elezzjoni ġenerali. Sejħa li se toqtol kull ispirazzjoni u tama tal-Oppożizzjoni li tikkonsolida ruħha u li toħroġ fuq l-attakk.
Malta teħtieġ kontinwità. Malta teħtieġ kuraġġ.
U ż-żmien huwa issa.

