Il-kandidat tal-PN Ray Gatt qed ikun preżenza regolari f’kull press conference imtella mill-Partit Nazzjonalista relatata mas-settur tas-Saħħa.
Nhar il-Ħadd filgħodu, Gatt ipparteċipa f’konferenza stampa fil-Mellieħa, fejn spikka l-assenza ta’ Stephen Spiteri, Kelliem Nazzjonalista għas-Saħħa.

Din l-aħħar dehra qed titqies bħala sinjal ieħor mill-mexxej tal-PN Alex Borg li jippreferi lil Ray Gatt fuq Stephen Spiteri. Nies minn ġewwa l-Partit Nazzjonalista qed jgħidu li Gatt huwa l-għażla preferuta ta’ Borg għall-Ministru tas-Saħħa f’każ li l-PN jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss.


1 Comment
Li ifiser ZERO cansli isir ministru tas-sahha.