Is-Sibt filgħodu, waqt konferenza tal-aħbarjiet quddiem l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, il-Kap Nazzjonalista Alex Borg kien akkumpanjat mill-kandidati Nazzjonalisti.

Fosthom Frank Anthony Tabone, l-eks Spettur tal-Pulizija li kien ħareġ bl-idea li ssir tfittxija fid-dar ta’ Joseph Muscat. Minn dakinhar tax-show, Frank Anthony Tabone ma baqax fil-Korp tal-Pulizija għax xogħlu kien għamlu.
Għalkemm qed tingħata l-impressjoni li bejn Alex Borg u Frank Anthony Tabone hemm relazzjoni tajba, però fir-realtà mhux kollox ward u żahar.

Frank Tabone
Sorsi viċin ‘Mr. Leaks’ qalulna kif il-canvassers tiegħu ma jarawx għajn m’għajn ma Alex Borg. Episodju partikolari kien ftit tal-jiem ilu, hekk kif Alex Borg resaq viċin il-Kandidat tagħhom, dawn warrbu minnufih.
Mossa li ġiet deskritta mill-canvassers ta’ Alex Borg bħala waħda ta’ disprezz lejn il-Kap.

Frank Anthony Tabone huwa magħruf fost in-Nazzjonalisti f’Għawdex għall-lealtà tiegħu lejn Adrian Delia.

