Fid-dibattitu fuq TVM bejn il-Ministru Miriam Dalli u d-Deputat Mark Anthony “Stalletti” Sammut ħareġ biċ-ċar kemm il-PN ħareġ b’xi ħaġa mgħaġġla – bil punti tekniċi tal-Ministru Dalli dwar l-izbalji fil preżentazzjoni ġabu l-Mark Anthony ċass aktar milli diġà hu, jipprova jiiġġustifika.
Mark Anthony Sammut qal li b’EUR60 miljun ta’ darba se jiffranka EUR30 miljun fis-sena. Ara qattx xi ħadd sema’ b’xi investiment li jagħtik return ta’ 50%.
Konferma ta’ partit li qed juri nuqqas ta’ għarfien tekniku, konfużjoni sħiħa fis-settur tal-enerġija u allura ma tistax tafdahom li se jraħħsu i-kontijiet.
Miriam Dalli semmiet kif jekk naqbdu il-figuri li Mark Anthony qal se jiffrankaw ir-residenzi u nagħmluhom division bl-ammont ta’ residenzi li semma. Qed nitkellmu fuq EUR10 fix-xahar. Li żgur ma jirriżultax fi 30% roħs fil-kont tal-familji.
Dalli wriet kif il-Partit Nazzjonalista anke’ fuq il-bażiku jagħmel l-iżbalji b’konfużjoni, u mhux kredibbli.

