Għal Conrad Borg Manche l-pompa tal-petrol tal-Gzira u Manoel Island kienu skużi biex jaqbad glieda mal-Partit Laburista wara li kkontesta l-Elezzjoni Ġenerali tal-2017 fuq żewġ distretti u baqa’ l-art. Kull ma ġab 700 vot minn kull distrett.
Meta Conrad Borg Manche nduna li ma Evarist Bartolo, Clifton Grima u Manuel Mallia ma kellux ċans, fetaħ attakk fuq il-Partit Laburista sakemm telaq.
Borg Manche jiġġieled ma’ kulħadd anke ma’ missieru. Fil-15 ta’ Jannar 2015, l-Imħallef Lorraine Schembri Orland ordnat li Conrad jiġi żgumbrat mid-dar tal-familja tiegħu wara kawża li fetah missieru kontrih.

Din s-sentenza hija pubblika u kulħadd jista’ jsibha online.
Bniedem li jispiċċa mkeċċi mid-dar ta’ missieru b’kawża l-Qorti tistgħaġbux li ġġieled mal-Partit Laburista.

L-PN fl-aħħar snin sar il-bejta u rifuġju ta’ nies bħal dawn. Nfakkarkom fil-koalizzjoni tal-konfużjoni ta’ Marlene Farrugia li wkoll iġġieldet maż-żewġ partiti.

