Wara għaxar snin jitnejjek bil-pajjiż kollu jilgħabha tal-qaddis u jinħeba wara l-pompa tal-petrol, issa wasal iż-żmien li ssiru tafu min hu Conrad Borg Manchè.
Conrad Borg Manchè huwa bniedem li kien aggressiv u vjolenti kemm fiżikament u kemm psikologikament ma’ missieru u maż-żewġ ħutu, tant li kellhom jitilqu minn darhom biex ifittxu residenza oħra għax ma felħuhx.
Dan kollu jinsab dikjarat f’sentenza tal-Imħallef Lorraine Schembri Orland f’kawża li fetaħ missieru biex jitlob li ibnu jiġi maħruġ mid-dar li kien ħataf illegalment.
Conrad Borg Manchè, in-nifs ġdid ta’ Alex Borg tant kien aggressiv u vjolenti ma’ missieru u ħutu li kellhom jitliqu ‘l barra minn darhom u jiftħulu kawża biex ikeċċuh ‘l barra.
Borg Manchè li tant hu traskurat li lanqas d-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-elezzjoni ma daħħal fil-ħin tant li tressaq il-Qorti, ma weġibx il-kawża li fetaħ missieru u qatt ma ċaħad l-allegazzjonijiet serji kontrih ta’ aggressjoni u vjolenza.
Prosit Alex Borg nifs ġdid ta’ kandidat pinnur, jibdel l-partit qisu qed jibdel l-qalziet ta’ taħt, u bniedem vjolenti u aggressiv saħansitra ma missieru u ħutu.
Ara tgħidux li Borg Manchè huwa team player!
Lanqas mal-familja tiegħu stess ma hu team player. Mhux se jkun team player ma ebda partit.
Ipokrita tiġi tippriedka fuq il-Qorti tal-Familja. Imissek tistħi.

