Jidher li dak li kxift dwaru fl-aħħar ġranet qed ikiddu u jinkwetah sew u bir-raġun, għax huma affarijiet serji ħafna. Ħaseb li jista’ jibqa’ jitnejjek b’kulhadd imma għarralu.
Issa f’post twil kilometru fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu wera kemm hu inkwetat b’dak li ktibt dwaru, u filwaqt li mkien ma ċaħad dak li ktibt jien ipprova jgħawweġ l-fatti.
Dak li ktibt jien ma jista’ jmerini qatt għax qed nserraħ fuq sentenza tal-Qorti. Jekk ma kienx kuntent biha seta appella. Imma qatt m’appella.
Imma agħar minn hekk qed iperreċ mal-erbat irjieħ l-istorja privata ta’ familtu. Jien illimitajt ruħi għal sentenza pubblika. Hu qed jirrakkonta fatti privati tal-familja tiegħu li qatt ma messu semma fil-pubbliku u qed ikompli juri disrispett lejn familtu.
Qed ikompli jdaħħal lil PN fi stat ta’ kaos. Dan kien jonqos biex iktar idaħħku.
Conrad qed tiżbalja tperreċ u taħsel il-hwejjeg privati ta’ familtek fil-publiku u dak li qed tgħid li m’għandux jagħmel ħaddieħor qed tagħmlu inti bl-agħar mod.
Is-sentenza jiena semmejtha issa għax issa sirt naf biha. Ma kontx naf biha qabel.
Serraħ rasek li se tiġi skrutinat bħall-politiċi l-oħra kollha. Inti m’intix speċjali.

Rosianne Cutajar
Lil Rosianne Cutajar żebilħuha u għajruha kemm felħu sħabek tal-PN fuq messaġġi privati.
Jien mhux se nagħmel hekk. Qatt. Iżda fuq sentenza publika kulħadd għandu dritt jikkummenta u ladarba inti fil-politika inti dan trid taċċettah.
Qed turi kemm qed tiddejjaq u kemm qed tinkwetak l-verità li qed ngħid dwarek.

