Għiduli grazzi għax qed nurikom min hu verament Conrad Borg Manchè. Innotaw kif intilef jattakkani. Innotaw kemm qed jaghtini importanza u kemm qed jinkwetah dak li qed jikteb.
Qed nurikom u se nkompli nurikom minn fejn ġejja r-rabja ta’ Borg Manchè.
Kiteb post twil hafna, bħas-soltu jżeffen lil uliedu fin-nofs u jużahom bħala tarka.
Minn dak il-post twil issa sirna nafu verità oħra dwar Borg Manchè.
Il-kors tal-avukati jdum ħames snin, iżda hu dam għaxar snin biex lestieh. Id-doppju. Student normali jdum ħames snin biex ilesti l-kors ta’ avukat. Borg Manchè dam għaxar snin. Dan kollu ammettieh hu stess u kif jgħidu l-paroli żejjed lanqas għall-avukati mhux tajjeb.
Borg Manchè irrepeta ħafna. U meta ma setax jirrepeti aktar kellu jerġa’ jibda mill- bidu. Issa meta jippoża tal-espert tistgħu tarawh f’dawl ġdid.
Issa qegħdin tifhmu minn fejn ġejja r-rabja ta’ Conrad Borg Manchè?
Borg Manchè, l-istar candidate ta’ AlexPN qed jgħid li kulħadd jista’ jeħel minn xi eżami. Naqblu miegħu. Kulħadd jista’ jirrepeti xi sena. Naqblu miegħu. Iżda li student idum għaxar snin biex ilesti kors ta’ ħames snin huwa rekord dinji li ftit kapaċi jiksru.
Borg Manche beda l-kors tal-avukati fl-2013 u lestieh ghaxar snin wara fl-2023.
Dawn huma l-istar candidates ta’ AlexPN

