Il-Waqt Li Morna Għaliha Kien Perfett

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Il-Waqt Li Morna Għaliha Kien Perfett

Ftit ġimgħat ilu għidt li bħal f’ każ ta’ gwerra, il-politika hija wkoll battalja fejn iż-żmien huwa kruċjali. Min jikkontrolla ż-żmien, jikkontrolla r-riżultat finali.

 

Dakinhar kont sħaqt li għandha tissejjaħ Elezzjoni Ġenerali bikrija. Kienu ħafna li ma qablux miegħi, però għal darba oħra iż-żmien tagħni raġun.

 

Sejħa immedjata għall-elezzjoni ġġib magħha tliet vantaġġi strateġiċi:

 

• Toqtol kull ispirazzjoni u tama tal-Oppożizzjoni li tikkonsolida ruħha u li toħroġ fuq l-attakk.

 

• Tippermetti lill-poplu jagħti mandat sod abbażi ta’ riżultati konkreti u momentum pożittiv.

 

• Tissaħħaħ l-awtorità politika tal-Prim Ministru u l-Eżekuttiv sabiex ikomplu jimplimentaw aktar ġid għal Futur Aqwa.

 

 

Kien hemm min qal li elezzjoni ġenerali bikrija huwa sinjal ta’ djufija. Iżda l-akbar djufija hija li tħalli mument favorevoli jtir mar-riħ. Il-Gvern ikun f’riskju li jitlef il-momentum politiku u jkun qed jippermetti lill-Partit Nazzjonalista jiddetta t-termini tal-elezzjoni.

 

Dan kollu Robert Abela fehmu. U sejjaħ Elezzjoni Ġenerali.

 

Il-Partit Laburista kien magħqud, ippreparat u b’viżjoni għas-snin li ġejjin. Il-mument strateġiku ma kienx fil-futur. Il-mument opportun kien issa.

 

 

Li ssejħet Elezzjoni Ġenerali f’dan il-mument ma kienitx biss deċiżjoni politika, iżda mossa strateġika biex jiġi żgurat li l-momentum pożittiv ma jieqafx u li l-pajjiż jibqa’ miexi ’l quddiem b’kunfidenza u stabbiltà.

 

Malta teħtieġ kontinwità. Malta teħtieġ stabbiltà.

 

U l-waqt kien issa. U ż-żmien tagħni raġun.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *