Romilda Zarb: “Kull ħajja għandha valur, dinjità u skop.”

Neville Gafa

~ 2 days ago

Romilda Zarb: “Kull ħajja għandha valur, dinjità u skop.”

Bħala omm ma nistax ma nikkummentax fuq il-kummenti li saru dwar it-tmiem ta’ tqala wara dijanjosi ta’ Down syndrome.

 

Nifhem li kull familja tiffaċċja deċiżjonijiet diffiċli u personali. Iżda meta Down syndrome jiġi deskritt bħala “problema”, “piż” jew xi ħaġa li għandha tiġi evitata, dan iweġġa’ mhux biss lill-persuni b’Down syndrome, iżda wkoll lill-familji tagħhom.

 

Ibni mhux diagnosis. Huwa tifel mimli mħabba, ferħ, personalità u potenzjal. It-tbissima tiegħu bidlet ħajti għall-aħjar u l-preżenza tiegħu hija barka kuljum.

 

Ħadd ma jista’ jbassar il-futur ta’ tifel jew tifla b’Down syndrome imma naf li kull ħajja għandha valur, dinjità u skop.

 

Illum nagħżel li nkompli nkun vuċi għal ibni u għal tant oħrajn bħalu. Għax huma jistħoqqilhom li jiġu rispettati, apprezzati u maħbuba bħal kulħadd.

 

#downsyndrome #downsyndromemalta

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *