“Il-Gidba tal-Ugwaljanza”

Neville Gafa

~ 14 hours ago

“Il-Gidba tal-Ugwaljanza”

Segwejt dak kollu li kien qed jintqal u jinkiteb dwar l-Ugwaljanza. Equality bl-Ingliż.

 

Illum iddeċidejt nesprimi l-ħsibijiet tiegħi u x’ nemmen li hija r-realtà.

 

ĦADD M’HU INFERJURI AKTAR MINN MIN JINSISTI LI KULĦADD GĦANDU JKUN UGWALI.

 

L-ugwaljanza ma teżistix, u qatt ma eżistiet. Meta persuna titlob ugwaljanza, ħafna drabi għax tkun diġà aċċettat il-limitazzjonijiet tagħha stess.

 

Is-soċjetà moderna bdiet tibża’ mis-superjorità daqs li kieku hija dnub. Tgħallimna li ħadd m’għandu jkun aħjar minn ħaddieħor. Iżda fir-realtà anke t-tewmin identiċi mhumiex verament l-istess. Wieħed dejjem ikun aktar dixxiplinat, aktar kuraġġuż, aktar intelliġenti, jew aktar kapaċi.

 

Ugwaljanza quddiem Alla u taħt il-liġi? Dik bla dubju u hija nobbli.

 

Imma ugwaljanza fil-kapaċità, fil-karattru, jew fil-kisba? Xejn għajr illużjoni.

 

 

Illum ħafna jaħbu l-għira tagħhom wara l-maskra tal-moralità. L-eċċellenza tweġġa’ l-ego, għalhekk insejħulha “privileġġ” jew “oppressjoni.” Minflok ngħollu lin-nies lejn standards ogħla, inbaxxu l-istandards biex ħadd ma jħossu inferjuri.

 

Imma n-natura ma taħdimx hekk.

 

*Il-kapaċi jmexxi.

 

*Id-dixxiplinat jeċċellera.

 

*Il-kuraġġuż jaspira.

 

*U min jikkontrolla lilu nnifsu jitla’ ‘l fuq aktar minn min jipprova jiġbed lil oħrajn ’l isfel.

 

Għax il-libertà ma tiġix billi twaqqa’ lil min hu aħjar minnek, iżda billi tirbaħ lilek innifsek.

 

Tieqafx tiġri wara dawk li qabżuk. Jiġi żmien li ssir persuna jiġru warajk biex ilaħħqu miegħek.

 

L-ugwaljanza fir-riżultati hija gaġġa għal min hu b’saħħtu, iżda delużjoni għad-dgħajfa.

 

Agħraf ir-realtà.

 

Iċċelebra l-eċċellenza.

 

U esiġi aktar minnek innifsek.

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *

ERROR: Sorry, human verification failed.