Il-Partit Nazzjonalista għażel il-waqt li l-pajjiż kollu għajjien mil-politika u ffukat fuq l-World Cup biex taparsi jagħmlu analiżi tat-telfa u jikkonfermaw l-Kap.
L-Kap se jkun konfermat. Jitneħħa wara t-telfa li jmiss ħames snin oħra.
Iżda analisti politiċi se jkunu qed jaraw jekk l-fazzjoni ta’ Delia hux se tappoġġa lil Alex Borg.

Delia kien ħassu tradut minn Borg meta kkontesta għal Kap wara li kien qallu li ma kienx interessat.
Wara l-elezzjoni qed jagħmilha ċara li din kienet telfa kbira u jitfa’ dell ikrah fuq Borg li minn naħa tiegħu qed jagħmel minn kollox biex ipinġi r-raba’ telfa bħala pass kbir u importanti għall-PN.
Filwaqt li għal Partit Laburista huwa tajjeb li Alex Borg jiġi konfermat Kap, tajjeb wieħed jara x’posizzjoni se tieħu l-fazzjoni ta’ Adrian Delia.
Delia għandu ammonia sostanzjali ta’ voti fil-Konferenza Ġenerali u jista’ jdgħajjef lil Alex Borg jekk jiddeċiedi li jaħdem kontrih minn wara l-kwinti.

