Ir-raġuni vera għaliex Conrad Borg Manchè telaq mil-Partit Laburista hija li b’Ministri ta’ stoffa bħal Clifton Grima u Michael Falzon, ħass li ma kellux ċans jaħtaf Siġġu fil-Parlament.
Kien biss minħabba l-faqar kbir ta’ kandidati Nazzjonalisti li Borg Manchè tela’ fil-Parlament. Il-votant Nazzjonalist ġralu bħal bniedem għatxan li kien lest jixrob anke qatra pitrolju biex jaqta’ l-għatx. Il- pitrolju se jkun t-tmiem.
Ir-riżultat ta’ Borg Manchè huwa riżultat tal-kandidatura fqira tal-PN fuq d-distretti kollha. Infatti meta Borg Manchè kkontesta l-elezzjoni mal-Partit Laburista ma nġabarx għax il-votant Laburist kellu għażla vasta.

Conrad Borg Manchè
Minn meta kkontesta Borg Manchè u ma nġabarx, il-Partit Laburista rebaħ tliet elezzjonijiet oħra inkluż meta Borg Manchè kkontesta mal-PN.
Dan kien ir-riżultat ta’ Borg Manchè meta kkontesta mal-Partit Laburista fl-2017.

Disa’ Distrett
Conrad Borg Manchè – 649
Michael Falzon – 2,093
Clifton Grima – 2,608
Manuel Mallia – 1,882
Edward Zammit Lewis – 1957

Għaxar Distrett
Evarist Bartolo – 2,732
Conrad Borg Manche – 923
Michael Falzon – 2,260
Manuel Mallia – 1,777
Ir-riżultat ta’ Borg Manchè huwa sintomu tal-faqar tal-Partit Nazzjonalista. Meta kkontesta mal-politiċi ta’ statura tal-Partit Laburista, Conrad Borg Manchè ħassu makku u qata’ qalbu li jaħtaf Siġġu.
Wara kkontesta bħala Indipendenti u issa ittrakka mal-PN li issa għandu l-agħar Grupp Parlamentari fl-aħħar ħamsin sena.
Ma’ Joe Giglio u Graham Bencini jagħmel l-arja Borg Manchè. Clifton Grima u Michael Falzon qatgħulu nifsu f’partit rebbieħ.
Fil-Partit Laburista rebbieħ sa sindku wasal iżda f’Partit Nazzjonalista fallut u tellief ferħu bih għax għadhom ma jafux x’isarraf u għax għandhom faqar kbir.

