Fil-Partit Nazzjonalista jinbidlu l-uċuħ bħala mezz biex ras il-qarnita tibqa’ l-istess. Ras il-qarnita hija l-familja Fenech Adami u l-alleati tagħhom.
Issa li warrbu lil ta’ Mifsud Bonnici u Demarco, is-swaba kollha qed jippuntaw lejn il-fazzjoni ta’ Fenech Adami li baqgħet iżżomm kontroll ta’ dak kollu li jiġri fil-PN.
Fl-elezzjoni, Beppe Fenech Adami ġab biss 1,751 voti minn B’kara. Iżda huma dawk il-ftit voti li jiddeċiedu x’jiġri fil-P.N.
Adrian Delia ġab 6,718 fuq l-istess distrett.

Beppe Fenech Adami
Issa li d-dinastiji ta’ Mifsud Bonnici u Demarco spiccaw fil-Partit Nazzjonalista, ħareġ fiċ-ċar id-dominju assolut tal-familja Fenech Adami u l-alleati tagħhom.
“Plus ca change plus la meme chose”. Iktar ma l-affarijiet taparsi jinbidlu aktar jibqgħu l-istess.

