Biżżejjed taraw il-kummenti ta’ tgħajjir minn attivisti Nazzjonalisti fuq dawn il-posts u malajr tindunaw bl-ossessjoni li għandhom bija. Innotaw kemm jattakkawni personali u jgħajruni.
Għaliex? Għax jgħajruni jistgħu, imma ma jistgħux igiddbuni. Għalhekk isteriċi.
Kuntrarjament għal Daphne Caruana Galizia u Manuel Delia li kienu jattakkaw personali, jien nippreżenta l-fatti. Il- fatti ma jista’ jmerihom ħadd.
Aktar ma jgħajjruni aktar isaħħuni . U mhux se nieqaf nesponihom.
Fuqna l-Laburisti gdibtu iżda fuqkom se nkompli ngħid l-verità.
Mhux biss ma nattakkax personali, iżda nikkundanna l-attakki personali. Il-verità qatt ma tista’ tkun attakk personali.
Is-sewwa jirbaħ żgur.
Mhux se nibża’. Bdiet t-triq għal ħames telfa tal-P.N.

