Il-bawxata tad-Deputy Leaders fil-P.N.

Neville Gafa

~ 21 hours ago

Il-bawxata tad-Deputy Leaders fil-P.N.

Fis-sena 2014 meta sar Kap Simon Busuttil tafu x’kienet waħda mill-wegħdiet kbar għat-tiġdid tal-P.N. biex jirbħu l-elezzjoni ta’ wara?

 

Li minflok Deputy Leader wieħed kien se jkollhom tnejn.

 

Wara dik l-bidla li suppost kellha trebbaħhom l-elezzjoni tilfu tliet elezzjonijiet oħra.

 

Tant ma ħalliet ebda effett din l-bidla illi fis-sena 2022 fi żmien Bernard Grech wara telfa elettorali oħra reġa’ bdielhom u bidlu l-istatut biex marru lura għal Deputy Leader wieħed.

 

Bernard Grech

 

Issa l-bozza tal-mija Alex Borg  jixtieq ireġġga’  l-arloġġ lura u jikkopja lil Simon Busuttil u jmorru lura għal żewġ Deputy Leaders.

 

L-verità hija li b’Deputy Leader wieħed jew tnejn xorta dejjem tilfu, erba’ wara xulxin.

 

Iżda dan kollu juri l-konfużjoni li tirrenja f’Tal Pietà.

 

Borg & Manchè

 

Alex22 beda t-triq għal ħames telfa.

 

Borg & Manchè huma t-tmiem tal-PN

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *