Il-Prim Ministri Brittaniċi qed ikunu wieħed agħar mill-ieħor.
Wara r-riżenja ta’ Keir Starmer, l-agħar Prim Ministru fl-istorja riċenti tar-Renju Unit, u l-mexxej tal-aktar verżjoni dgħajfa tal-Partit Laburista, dak li x’aktarx jiġi warajh jidher li se jkun saħansitra agħar minnu.

Il-problema però mhix biss fil-mexxejja, iżda fl-istat li jinsab fih il-pajjiż. Hemm xi ħaġa ħażina fl-Ingilterra. U forsi, aktar minn hekk, hemm xi ħaġa profondament ħażina fil-Punent kollu.

