Nsellmilkom ħbieb.
Lil dawk kollha li ħasbu li m’għamiltx homework bil-għaqal u ma nafx il-fatti kollha nagħdirkom. Il-fatti wasluli kollha. U s-sorsi tieghi ma nikxifhom qatt. Qatt u qatt.
Mhux se jagħmluli libell għax numiljahom quddiem Malta kollha.
Għax naf il-fatti kollha, u s-sorsi ta’ min jorbot fuqhom.
Solidarjetà ma’ dak il-missier li qed ikollu jiġġieled fil-Qorti biex ibnu ma jiġix użat mill-omm fuq l-media soċjali f’kuntest ta’ politika.
Flimkien Missierijiet Qumu.

Solidarjeta’ ma’ dak il-missier li ma jridx li ibnu jiġi użat mill-omm għal pubbliċità rħisa fuq l-media soċjali biex jintrebħu punti politiċi, daqs li kieku qed tagħmel xi riċetta.
Flimkien Missirijiet Qumu.
Solidarjeta’ ma’ dak l-missier li b’determinazzjoni jibqa’ jinsisti li deċiżjonijiet dwar kemm jiġi espost minuri fil-media soċjali jittieħdu mill-missier u l-omm flimkien, u mhux mill-omm biss u bi skopijiet ulterjuri.
Flimkien Missirijiet Qumu.
Min lest juża lil ibnu għal pubbliċità rħisa jasal għal kollox. Solidarjetà mal-missier li qed iħares l-interessi tal-minuri ibnu.
Flimkien Missirijiet Qumu.
Għalissa nieqaf hawn. Imma se nkompli.
Meta l-P.N. se jiġi biex jitkellem dwar il-Qorti tal-Familja, preparaw il-popcorn.

