The Times tistaqsi jekk il-bajd ta’ Alex Borg hux f’idejn Borg Manchè

Neville Gafa

~ 3 hours ago

The Times tistaqsi jekk il-bajd ta’ Alex Borg hux f’idejn Borg Manchè

Wara li hu stess stqarr f’intervista ma’ Maltatoday li għamel kundizzjonijiet lil Alex Borg biex jikkontesta l-elezzjoni, issa t-Times qed tistaqsi jekk il-portafoll li tah Alex Borg fix-shadow cabinet kienx xi kundizzjoni oħra li n-Narcissist Pinnur Borg Manchè għamel lil Alex Borg qabel ikkontesta.

 

Dan is-sit diġà wera sorpriża li Darren Carabott tneħħa mil-portafoll tal-Intern, u issa The Times qed tiżvela li aktarx dan sar kontra x-xewqa ta’ Darren Carabott li xtaq jibqa’ fl-Intern. Darren Carabott huwa wieħed milli marru tajjeb fl-aħħar elezzjoni, iżda Alex Borg tilef il-kontroll kompletament minn dak li rrapurtat t-Times illum.

 

Conrad Borg Manchè

 

Fil-fatt t-Times tistaqsi :  “One party member questioned whether Borg Manché’s appointment to the Home Affairs portfolio was part of a pre-electoral agreement for him to contest the election on a PN ticket.”

 

Għadu mhux iż-żmien li kulħadd isir jaf dwar in-negozjati li Alex Borg għamel man-Narcissist Pinnur Borg Manchè minn wara dahar l-partit, imma jserrħu rashom li ħafna attivisti Nazzjonalisti mhumiex kuntenti kif saru l-affarijiet, u Borg Manchè ġie impost fuq l-partit minn Alex Borg għoxrin ġurnata qabel l-elezzjoni.

 

Borg Manchè li hu magħruf għat-tantrums tiegħu u li jsabbat saqajh għal kull ħaġa ta, xejn, kien ikkontesta mal-Partit Laburista fl-2017 iżda ma kienx nġabar minhabba l-kompetizzjoni li kellu minn Michael Falzon, Clifton Grima u Edward Zammit Lewis fost oħrajn.

 

Fiż-żmien li ġej se tkunu tafu aktar dwar n-Narcissist Pinnur Borg Manchè.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *