Mark Camilleri jimplika lil Chris Cardona; Matthew Caruana Galizia jiċħad dak miktub minn Camilleri

Neville Gafa

~ 9 hours ago

Mark Camilleri jimplika lil Chris Cardona; Matthew Caruana Galizia jiċħad dak miktub minn Camilleri

Waqt li Mark Camilleri beda jdur xi Ministri jitlobhom sabiex jagħtuh kuntratti, fl-istess waqt nieda kampanja qalila kontra esponenti Laburisti.

 

L-aħħar minn sensiela ta’ gideb kienet relatata ma persuna li nqatel snin ilu. Mark Camilleri qal li dan is-sinjur kien is-sors ta’ Daphne Caruana Galizia dwar l-istorja ta’ FKK Acapulco.

 

 

L-għan ta’ Camilleri huwa li jimplika lil Chris Cardona f’reat li għadu mhux solvut. Kien Matthew Caruana Galizia li ftit wara li l-artiklu kien ippubblikat, ħareġ jiċħad dak li kiteb Camilleri, fejn ċaħad li l-persuna msemmija kienet is-sors tal-istorja miktuba minn ommu.

 

Sadanittant, dan it-terrorist psikoloġiku beda jimmanuvra u avviċina xi Ministri jitlobhom jagħtuh kuntratti.

Dan wara li l-website li jmexxi bl-istess mod li titmexxa organizzazzjoni kriminali, tinsab falluta.

 

Lill-Laburisti inserrħilkom raskom li se nkun qed nesponi kull wieħed u waħda li jitħajru jagħtuh xi tipi ta’ għajnuna finanzjarja.

 

Aħna l-Laburisti mhux se nippermettu li Mark Camilleri jieħu mqar ċenteżmu minn fondi pubbliċi.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *