Min iħossu daqsekk b’saħħtu li jikmanda lil ħaddiema li m’humiex tiegħu?

Neville Gafa

~ 24 minutes ago

Min iħossu daqsekk b’saħħtu li jikmanda lil ħaddiema li m’humiex tiegħu?

Frank Anthony Tabone, staqsa numru ta’ mistoqsijiet pertinenti rigward il-konkos ta’ Marsalforn li tneħħa hekk kif il-Ministru sar jaf li sar mingħajr awtorizzazzjoni.

 

Staqsa min awtorizza x-xogħol jekk ma kienx il-Ministeru?

 

U għandu raġun. Min?

 

Min iħossu daqsekk b’saħħtu li jikmanda lil ħaddiema li m’humiex tiegħu?

 

Ma nagħmlux mod li kien xi ħadd fi ħdan il-Partit Nazzjonalista stess hux? Xi membru tal-Kumitat tagħhom stess?

 

Dan is-sit jinsab infurmat li fuq il-post waqt li kien qiegħed jingħata l-konkos, deher għal ħin twil uffiċjal tal-Club Otters jidderieġi u jagħti l-istruzzjonijiet lis-supervisor. Qalulna li dan l-uffiċjal tal-waterpolo club Otters, huwa involut sew fil-Partit Nazzjonalista f’Għawdex u saħansitra ikun jissiġilla l-kaxxi tal-votazzjoni tar-Rabat Għawdex f’isem l-Partit Nazzjonalista.

 

Dan is-sit jaqbel ma Frank Anthony, irridu r-risposti. Irridu nkunu nafu min hu dan l-bravu li ħassu b’saħħtu biżżejjed jidderieġi u jikmanda lil ħaddiema!

 

Min indaħal u kmanda għax ħassu li għandu l-awtorità irid iħallas u jiġi mmultat kif saħqu ħafna.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *