Issa kien ikkonfermat fil-Qorti illi s-Serba Miroslava Milenovic, ħadmet bħala forensic accountant fl-inkjesta Vitals minkejja li ma kellhiex warrant ta’ accountant u minkejja li, skont it-talba, m’għandhiex lawrja fl-accountancy.

Miroslava Milenovic
Tajjeb li nfakkru li din l-esperta falza kienet inħatret minn ħadd għajr il-Maġistrat Gabriella Vella sabiex taħdem bħala forensic accountant fl-inkjesta Vitals.
Gabriella Vella hija dik li mexxiet l-inkjesta tal-isptarijiet li swiet €11 -il miljun u li l-esperti li kitbuha ma riedux jixdhu fil-Qorti.

Gabriella Vella
Sinjura Maġistrat,
MIN tak il-parir biex taħtar lil Miroslava Milenovic u l-bqija tal-esperti?
Għaliex bqajt ma tridx twieġeb?
Ngħidilha li aħna nafu min u l-informazzjoni se ssir pubblika fil-waqt opportun.
Aħjar tara kif tagħmel li tesponi hi lil min ġabha darha mal-ħajt, għax meta niżvelaw aħna se tkun ħafna akbar.

