Il-klieb biċ-ċippa. Il- prigunieri bl-electronic tagging. Id-deputati Nazzjonalisti bit-tracking biex jissorveljawlhom l-home visits.
Froġa oħra ta’ Alex22 li ħalef li flimkien ma Borg Manchè isammru l-aħħar musmar fit-tebut tal-P.N.

Jekk wiehede jara l-kummenti online malajr jifhem kemm hi komika din l-miżura.
Bniedem bħal Clyde Caruana li hu magħruf li ma jagħmilx home visits m’ għandux post fil-pjanijiet ta’ Alex Borg.
Alex Borg irid jifhem li biex tmexxi pajjiż għandek bżonn Deputati kompetenti apparti li jżommu kuntatt man-nies. Bil-kuntatt man-nies mhux se ġġib il-kompetenza.
Tiftakru meta Lawrence Gonzi kien bagħat lin-nies jiġġieldu dwar il-politika għand tal-grocer? Din tat-tracking mossa simili.
Stennew barrage ta’ kritika hekk kif l-P.N. ikompli iwitti t-triq għal ħames telfa.
Gimme five!

