Mark Camilleri kompla bl-attakki tiegħu fuq esponenti Laburisti. Kien imiss issa Mrs. Michelle Muscat.
Michelle Muscat qatt ma waqfet il-ħidma tagħha fil-komunità. Baqgħet tgħin lill-batut b’dedikazzjoni, impenn u sens qawwi ta’ responsabbiltà soċjali.

Mark Camilleri
Iżda dan il-mejjet bil-ġuħ għoġbu jgħajjarha kriminal.
Għajjar ukoll lill-Fondazzjoni Marigold bħala għaqda frodista.

Il-Fondazzjoni Marigold, li tmexxi Mrs. Muscat, matul is-snin, kienet involuta f’diversi inizjattivi ta’ għajnuna u solidarjetà ma’ persuni vulnerabbli, kemm f’Malta kif ukoll lil hinn minn xtutna.
Il-Fondazzjoni hija awditjata b’mod rigoruż skont l-Istandards Internazzjonali tal-IFRS u tikkonforma bis-sħiħ ma’ kull rekwiżit legali u regolatorju. Għaldaqstant, kwalunkwe allegazzjoni ta’ Mark Camilleri li tipprova tpinġi stampa differenti mhix sostnuta mill-fatti, iżda mill-għira u l-odju.

Il-Marigold mhux biss konformi mar-regoli, iżda hija punt ta’ riferiment għall-governanza tajba, it-trasparenza u r-responsabbiltà. Tibqa’ timxi ‘l quddiem b’sens ta’ missjoni, determinazzjoni u servizz, u tkompli tkun eżempju ta’ eċċellenza, integrità u impatt soċjali, kemm f’Malta kif ukoll lil hinn minn xtutna.
Sadanittant, dan it-terrorist psikoloġiku qed jimmanuvra u avviċina xi Ministri jitlobhom jagħtuh kuntratti. Dan wara li l-website li jmexxi bl-istess mod li titmexxa organizzazzjoni kriminali, tinsab falluta.
Il-Gvern għandu jkompli jappoġġja inizjattivi ta’ ġid soċjali li joperaw skont il-liġi u b’governanza tajba, mingħajr ma jħalli lil xi drogat u mejjet bil-ġuħ itellef l-għan ewlieni tagħhom: li jgħinu lil min hu fil-bżonn.

Nawgura li l-Fondazzjoni Marigold tkompli twettaq il-missjoni tagħha b’dedikazzjoni u b’rispett sħiħ lejn il-prinċipji ta’ trasparenza, responsabbiltà u servizz lejn il-komunità. Fl-aħħar mill-aħħar, kull organizzazzjoni għandha tiġi evalwata fuq il-fatti, il-kontribut tagħha lis-soċjetà, u r-riżultati konkreti tal-ħidma tagħha.
Lil Mark Camilleri ngħidlu li aħna l-Laburisti mhux se nippermettu li jieħu mqar ċenteżmu ieħor minn fondi pubbliċi. Diġà ħataf eluf ta’ Ewro. Fondi pubbliċi li nefaqhom sabiex jattakka bl-aktar mod moqżież esponenti tal-Partit Laburista.

