Toni Bezzina jagħmel il-home visits. Borg Manchè jippoppa fid-debates tat-television

Neville Gafa

~ 2 hours ago

Toni Bezzina jagħmel il-home visits. Borg Manchè jippoppa fid-debates tat-television

Alex22 ħalef li jkisser lil Partit Nazzjonalista. Illum ħareġ bil-froġa tat-tracking tad-Deputati għall-home visits.

 

Il-klieb biċ-ċippa. Il-prigunieri bl-electronic tagging. Id-Deputati tal-P.N. bit-tracking.

 

Imma araw l-inġustizzja ta’ Alex Borg. Toni Bezzina għamel snin jagħmel il-home visits għax ilu snin fil-Parlament. Stanley Zammit snin jagħmel il-home visits.

 

Stanley Zammit

 

Imbagħad Alex Borg ħarġilhom lil Borg Manchè fil- mĦames Distrett fl-aħħar tliet ġimgħat u ġab voti daqshom.

 

U tafu għaliex?

 

Għax home visit tolqot familja waħda, u mit-television tidħol f’mitt elf dar f’ħames minuti!

 

Borg Manchè fi tliet ġimgħat bagħtuh fit-tliet dibattiti tal-Awtorità tax-Xandir. X’ma jiftaħarx li m’għamilx home visit waħda! Fl-intervisti Borg Manchè qed jiftaħar lI m’għamilx home visit waħda.  Jitnejjek bi sħabu li ilhom snin iduru d-djar.

 

Mhux bilfors! Permezz ta’ dawk id-debates fl-aħħar tliet ġimgħat daħal f’mitt elf dar.

 

Toni Bezzina, Stanley Zammit intom aqsmu daharkom u għamlu l-kallijiet idduru d-djar tal-Ħames Distrett bit-tracking ta’ Alex Borg, waqt li Borg Manchè jippoppa paxxut fuq TVM jitfewwaq għal wiċċkom.

 

 

Punt ieħor. Il-ftuħ Statali tal-Parlament mhux disco Sur Borg Manchè. Ngħidilkom iktar dalwaqt.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *