Il-Gvern Jagħti Bidu għal Riforma Komprensiva tal-WBRU

Neville Gafa

~ 11 hours ago

Il-Gvern Jagħti Bidu għal Riforma Komprensiva tal-WBRU

It-Tnejn filgħodu dan is-sit ħabbar esklussivament illi fis-sigħat li ġejjin se jkun hemm tibdil sostanzjali fil-Il-Wild Birds Regulation Unit WBRU. Tibdil fit-tmexxija ta’ dan il-Unit hekk importanti għas-settur tal-kaċċa u l-insib f’pajjiżna.

 

Dan it-tibdil huwa sinjal ċar li dan huwa Gvern li jisma’. Bħal ma jistgħu jixhdu mijiet ta’ dilettanti, il-Partit Laburista flimkien mal-Ministru Clint Camilleri organizza diversi laqgħat magħhom sabiex flimkien naraw kif se jissolvew diversi problemi u sitwazzjonijiet li huma ta’ frustrazzjoni għad-dilettant. Wara kollox sabiex jinħoloq bilanċ bejn id-dilettanti u d-dipartimenti kkonċernati u fl-istess waqt ikun assigurat li kull titjib neċessarju jibqa’ fil- parametri tal-Liġi.

 

Clint Camilleri

 

Dan it-tibdil  se jkun parti mir-riġenerazzjoni tal-entitajiet, l-awtoritajiet u l-kumpaniji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Clint Camilleri.

 

Dan is-sit jista’ jikkonferma illi d-WBRU se jkollha miri speċifiċi fosthom ir-riforma fil-liġijiet li jamministraw is-settur, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi kif ukoll it-tisħiħ fil-programmi ta’ riċerka.

 

Dan huwa Gvern li jisma’. Dan huwa Gvern li dejjem żamm kelmtu mad-dilettanti tal-kaċċa, nassaba u konservazzjonisti. Huwa l-Partit Laburista biss li verament jemmen u jħares it-tradizzjonijiet ta’ pajjiżna.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *