Il-Qorti Tagħti Ċamata lill-Uffiċċju tal-AG

Neville Gafa

~ 18 minutes ago

Il-Qorti Tagħti Ċamata lill-Uffiċċju tal-AG

Ittawwlu xahar u nofs u jippruvaw ifarfru dwar talba tal-avukati ta’ Harbinson

 

 

Il-Qorti tat ċamata lil Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għal telf ta’ ħin fir-rigward ta’ Jeremy Harbinson meta damu xahar u nofs biex jinfurmawha b’ email li kienu rċevew u ppruvaw ifarfru deċiżjoni li kellu jieħu l-istess Uffuċju ta’ l-Avukat Ġenerali fuq il-Qorti.

 

F’ rikors li ġie ppreżentat dak-in-nhar li kien hemm is-seduta quddiem il-Qorti u ċioe t-22 ta’ Lulju 2026,  minflok ma ingħatat l-informazzjoni bil-miftuħ fil-Qorti dak il-ħin stess, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali preżenta rikors biex jinforma lil Maġistrat Lara Lanfranco li l-avukati ta’ Jeremy Harbinson kienu għamlu kuntatt ma’ l-awtoritajiet Ingliżi u talbuhom informazzjoni li kienu għaddewlhom l-awtoritajiet Maltin meta talbu l-għajnuna tagħhom biex jixhed Harbinson.

 

Jeremy Harbinson

 

L-Ingliżi infurmaw b’ dan kollu lill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali fit-8 ta’ Ġunju b’ dawn tal-aħħar jistennew sat-22 ta’ Lulju biex jinfurmaw il-Qorti. Dan juri nuqqas ta’ serjetà fil-prosekuzzjoni ta’ dan il-każ apparti li kien hemm ħela ta’ xahar u nofs, liema żmien l-Awtorita Maltija, imexxija mill-Avukat Ġenerali setgħet tużah aħjar u mhux taħlih.

 

Lara Lanfranco

 

Il-Magistrat Lanfranco mhux biss ma ħaditx gost b’ dan it-tiġbid, iżda ma setgħetx tifhem għaliex l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ried jitlob lil Qorti dwar x’ dokumenti għandhom jagħtu permess lill-Ingliżi jgħaddu lill-avukati ta’ Harbinson meta dan huwa xogħolhom.

 

Il-Qorti baqgħet mistgħaġba kif l-Uffiċju ta’ l-Avukat Ġenerali għamel żball bħal dan meta kien xogħol l-Uffiċju ta’ l-Avukat Ġenerali li jiddeċiedi jekk kienitx ser tilqa’ jew le t-talba ta’ l-Awtorità Ingliża jew le. Żġur li ma kienx ir-rwol tal-Qorti.

 

Uffiċċju Avukat Ġenerali

 

L-Avukat Francesco Refalo, li qed imexxi l-Prosekuzzjoni kontra l-ex Prim Ministru Joseph Muscat u bosta persuni oħra baqa’ b’ fommu sieket u ma qal xejn fil-Qorti dwar il-kuntatt li kien sar mill-avukati ta’ Harbinson.  Saħansitra ma nterveniex meta l-Pulizija qalet li l-Interpol tagħtha informazzjoni li hu ġie twaqqaf hu u dieħel l-Olanda fl-10 ta’ Mejju li għadda u ddikjara li għadu jgħix fl-Irlanda ta’ Fuq.

 

Harbinson kien iddikjara bil-ġurament li ma jistax u ma jridx jixhed.  Mhux magħruf issa x’ inhi l-pożizzjoni tiegħu.

 

Sadanittant, l-awtoritajiet Svizzeri ppreżentaw ir-reġistrazzjoni ta’ kumpaniji relatati ma’ Steward Healthcare.  Madankollu qalu li l-bank Svizzeru UBS ma kellu l-ebda informazzjoni x’ jagħti dwar dawn il-kumpaniji.  L-awtoritajiet Svizzeri kienu akkuża lil l-Uffiċċju Avukat Ġenerali li qed tagħmel “fishing expedition”, jiġifieri li ma kelliex idea x’ qed ifittxu.

 

Filwaqt li ssoltu avukat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jitla’ jippreżenta ittri bħal dawn, din id-darba għażlu li sempliċiment jitfgħuhom fil-file.  Lanqas biss saret traduzzjoni ta’ dawn l-ittri bil-għan ċar ikun li jintilef aktar żmien meta l-kawża issa ġiet differita għal Ottbru li ġej.

 

Il-każ ilu mwaħħal aktar minn sena b’ seduti li ma jwasslu għal imkien.

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *