Dalgħodu tlabt liċ-Chairman tal-Kumitat Ornis ipoġġi fuq l-aġenda u jiddiskuti numru ta’ emendi leġiżlattivi li qed jipproponi l-Gvern.
L-għan tal-emendi huwa li mhux biss il-liġijiet ta’ pajjiżna jkunu u jibqgħu rilevanti maż-żmien, iżda wkoll li jkunu in linea mal-liġijiet Ewropej relattivi, kif ukoll li l-prinċipju ta’ proporzjonalità kif imħaddan mill-Unjoni Ewropea jkun imfassal fil-liġijiet ta’ Malta.

Wara studju u analiżi tal-liġijiet viġenti in konnessjoni mal-kaċċa u l-insib, il-Gvern qiegħed jgħaddi proposti għal numru ta’ emendi għal-liġi relattiva lill-Kumitat Ornis għad-diskussjoni tal-istess.
Sussegwentement, jekk il-Kumitat Ornis japprova tali emendi, il-Gvern ikun qiegħed jimplimenta r-riforma.

