Wara t-talba li għamel il-Gvern lill-Awditur Ġenerali biex isir aġġornament tax-xogħol li sar mill-Enemalta bejn l-2023 u l-2026 fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, l-Awditur Ġenerali informa li dan l-aġġornament jinsab għaddej.

Bħala Gvern nilqgħu dan l-iżvilupp biex inkomplu nikkonfermaw l-investiment b’saħħtu li sar, kif ukoll il-pjan li għandna għall-kumplament ta’ investiment fuq id-distribuzzjoni tal-elettriku.

