L-Ordni tal-Karità: Għaliex l-Ewwel Dmir ta’ Nazzjon Huwa lejn iċ-Ċittadini Tiegħu

Neville Gafa

~ 19 hours ago

L-Ordni tal-Karità: Għaliex l-Ewwel Dmir ta’ Nazzjon Huwa lejn iċ-Ċittadini Tiegħu

Fis-“SUMMA THEOLOGIAE”, San Tumas ta’ Aquinas jippreżenta spjegazzjoni sistematika tad-dmirijiet morali tal-bniedem fid-dawl tal-kmandament tal-imħabba.

 

Huwa jispjega li l-ORDO CARITATIS, l-Ordni tal-Karità, mhuwiex sentiment każwali, iżda ġerarkija morali li tibda minn Alla u mbagħad testendi lejn l-oħrajn skont ordni ġusta.

 

ĦOBB LIL ALLA B’ QALBEK U B’ RUĦEK KOLLHA.

 

ĦOBB LIL GĦAJREK BĦALEK INNIFSEK.

 

L-ewwel u qabel kollox, il-bniedem għandu jħobb lil Alla. Wara, għandu jħobb lilu nnifsu b’mod ordnat lejn Alla, mbagħad lil dawk li huma l-aktar qrib tiegħu permezz ta’ rabtiet naturali u morali.

 

L-ewwel obbligu ta’ missier huwa lejn martu u wliedu. Wara jiġu l-qraba u l-ħbieb. Imbagħad il-komunità li tagħha huwa membru.

 

Bl-istess prinċipju, l-ewwel responsabbiltà ta’ Nazzjon hija lejn iċ-ċittadini tiegħu stess. Imbagħad jiġu l-popli ġirien u l-alleati, u fl-aħħar il-komunità internazzjonali.

 

Dan il-prinċipju joffri direzzjoni ċara lil kull Gvern ta’ kif għandu jimxi kemm ma niesu kif ukoll mal-immigranti.

 

L-ewwel obbligu lejn ċ-ċittadini. Wara l-immigranti.

 

Sfortunatament, fl-Unjoni Ewropea għandna Gvernijiet li din il-ġerarkija qalbuha ta’ taħt fuq. Ewlenin il-Gvern Laburista Ingliż kif ukoll il- Partit Soċjalista Spanjol immexxi minn Pedro Sanchez. Illum dawn iż-żewġ pajjiżi qed jaħsdu dak li żergħu frott din id-diżordni organizzata mill-Gvernijiet tagħhom.

 

San Tumas Aquinas

 

Għal San Tumas, l-ORDO CARITATIS mhix kwistjoni ta’ egoiżmu jew esklużjoni, iżda Ordni Morali. Il-karità ma teliminax il-prijoritajiet; iżda torganizzahom. Min jaqleb din l-Ordni, anke jekk jagħmel dan f’isem il-karità, il-ħniena jew it-tolleranza, ma jkunx qed juri virtù akbar, iżda jkun qed joħloq diżordni fl-Ordni tal-Karità.

 

Għax il-karità ġusta ma tibdiex billi tittraskura l-ewwel obbligi tagħha, iżda billi twettaqha skont il-ġustizzja u r-raġuni.

 

L-ORDO CARITATIS għandu jgħodd ukoll għall- Gvern Malti. Jekk il-Gvern jimxi fuq it-tagħlim ta’ San Tumas Aquinas, u jsegwi din l-Ordni tal-Karità mħejjija minn dan il-Filosofu, Teolugu u Duttur tal-Knisja, allura il-ġustizzja fejn jidħlu ċittadini Maltin tkun aktar ġusta.

 

Viva Malta 🇲🇹

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *