Jason Micallef: “Kemm se nkomplu nippermettu dal-vandaliżmu fil-Belt Valletta?”

Neville Gafa

~ 11 hours ago

Jason Micallef: “Kemm se nkomplu nippermettu dal-vandaliżmu fil-Belt Valletta?”

Se jkun hemm l-ghaqdiet estremisti ovvji tas-soltu li se jattakkawni bla hniena.

 

Se jkun hemm l-akkolti tas-soltu fil-media li taparsi jitkazaw.

 

Se jkun hemm min jghidli “hallihom qed jaghmlu apposta biex jintimidaw”

 

Se jkun hemm min jghidli “u tatix kashom apposta qed jaghmlu”

 

Jaghmlu li jridu ghax jien se nibqa nitkellem u konsistenti.

 

 

Li l-awtoritajiet se jibqghu jippermettu sfregju, u vandalizmu fuq bini storiku, monumenti, u fuq faccati ta’ patrimonju nazzjonali fil-Belt Valletta mhux accettabbli aktar.  It-twahhil ta’ streamers u banners minn uhud fejn iridu, kif iridu huma, u fejn ifettlilhom, ghal xhur shah u snin fil-Belt Valletta kollha, mhux accettabbli aktar.

 

Li se nkomplu nippermettu dal-vandalizmu fil-Belt Valletta, Belt ta’ wirt dinji tal-Unesco hu skandaluz. Li l-awtoritajiet jippermettuh ghax jibzghu mill-kritika ta’ ghaqdiet estremisti, u l-akkolti shabhom fil-media taparsi indipendenti, hi turija ta’ dughfija kbira. Meta nitkellem fuq awtoritajiet qed nirreferi ghall-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ta’ pajjizna, u Heritage Malta fost ohrajn.

 

Dan l-abbuz sfaccat ghal xhur shah, u snin, hu xoghlkom biex taraw li twaqqfuh, anke jekk dawn l-ghaqdiet qed jaghmlu apposta biex jisfidaw.

 

Dan l-abbuz sfrenat u vandalizmu ma’ binjiet differenti fil-Belt Valletta, ghal xhur shah u snin, ma tarah jigri fl-ebda belt ewropea ohra.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *