L-avukat Edward Debono għamel allegazzjoni serja ħafna fuq eks President tar-Repubblika.
Debono qed jallega li kienet fuq insistenza tal-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici li waslet għall-Maħfra Presidenzjali tat-traffikant tad-droga Queiroz.

Ugo Mifsud Bonnici
Din hija allegazzjoni serja għall-fatt illi Maħfra Presidenzjali tingħata dejjem mill-President fuq rakkomandazzjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja.
Il-Ministru tal-Ġustizzja ta’ dakinhar kien Joe Fenech.
Iżda skont dak li qed jgħid Edward Debono, Joe Fenech kien kontra li Francesco de Assis Queiroz, baruni tad-droga, jingħata Maħfra,
iżda Ugo Mifsud Bonnici ħelsu wara li baghat lill-Ministru tal-Ġustizzja Joe Fenech żewġ ittri mibghuta mill-mara ta’ Quieroz lil Kan. Galea Scannura, kanonku fil Kolleggjata ta Bormla.

Edward Debono
Skont dak li kiteb Edward Debono jfisser li Joe Fenech baqa’ joġġezzjona għall-Maħfra Presidenzjali, iżda minn naħa tiegħu, Ugo Mifsud Bonnici ffirma l-Maħfra xorta waħda.
Din hija allegazzjoni xokkanti.
Debono huwa wieħed mill-avukati anzjani fl-Uffiċċju ta’ Joe Fenech, Fenech & Fenech.

