Aktar dwar dan il-każ tal-waħx, fejn Spettur tal-Pulizija mar Mater Dei b’mandat maħruġ mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech sabiex raġel li kien għadu qed jirrikovera ruħu minn operazzjoni jittella’ taħt arrest quddiemha għas-sentenza.
5. Il-Konsulent responsabbli mill-pazjent ġie kkonsultat?
Jekk iva, x’kien il-parir tiegħu?
Ikkonferma li l-pazjent kien medikament f’kundizzjoni li joħroġ mill-isptar, jiġi trasportat u jitressaq il-Qorti?
Jekk le, għaliex ma ġiex ikkonsultat?
Saret valutazzjoni medika qabel ma l-pazjent ittieħed mill-isptar?
Jekk iva, min għamilha?
Fejn tinsab dokumentata?
6. Il-Maġistrat ġiet informatha dwar il-kundizzjoni medika tal-akkużat qabel ma ġie eżegwit il-mandat?
Jekk iva, x’informazzjoni ngħatatilha?
Jekk le, għaliex le?

Qorti
7. Kien hemm alternattiva għajr li jitressaq il-Qorti f’dik id-data partikolari, li ġiet 24 siegħa wara li l-akkużat għadda minn intervent mediku?
Ġie kkunsidrat jekk is-seduta setgħetx tiġi differita sakemm il-pazjent ikun medikament f’kundizzjoni aħjar?
Jekk le, għaliex le?
Dawn il-mistoqsijiet għandhom jiġu mwieġba mill-istituzzjonijiet involuti: il-Qorti, il-Pulizija u Mater Dei.
Min għandu s-setgħa li joħroġ pazjent ta’ 70 sena minn fuq sodda tal-isptar, jum wara intervent mediku, u taħt liema awtorità medika ttieħdet dik id-deċiżjoni?
Għandu jkun hemm tweġibiet dokumentati dwar dak li seħħ.
Uruna l-ħin meta nħareġ il-mandat.
Uruna jekk il-Qorti kinitx taf li l-akkużat kien rikoverat.
Il-ħin u l-bażi tad-discharge mediku, jekk kien hemm wieħed.
Min awtorizzah.
Jekk il-Konsulent ġiex ikkonsultat u x’kien il-parir tiegħu.

Mater Dei Hospital
Hawn m’aħniex nitkellmu biss dwar sentenza kriminali, iżda dwar il-limitu bejn l-eżerċizzju leġittimu tal-poter u t-trattament ta’ bniedem vulnerabbli.
Jekk kollox sar skont il-liġi, skont il-proċedura u skont il-parir mediku, m’għandu jkun hemm ebda diffikultà biex dawn il-mistoqsijiet jingħataw tweġiba.
Jekk, iżda, raġel ta’ 70 sena inħareġ minn fuq sodda ta’ Mater Dei mingħajr discharge jew kontra l-parir tat-tobba tiegħu, allura imbagħad mhux se nistaqsi “x’ġara?” iżda “min ħa dik id-deċiżjoni, b’liema awtorità, u min se jerfa’ r-responsabbiltà għaliha?”

