Mhux veru dak illi hemm minn qed jipprova jinsinwa illi l-MEPs Maltin ivvutaw biex iċ-ċomb ma jkunx jista’ jintuża fl-armi waqt il-kaċċa jew sparar sportiv.
Il-vot tiegħi lbieraħ kien eżattament ma dak illi ġie rrakomandat lilna mill-Federazzjoni tal-Kaċċa Ewropeja, filfatt it-tmexxija kollha tal-Intergroup tal-Kaċċa ivvutaw b’mod identiku bħalna.

Id-deċiżjoni li ċ-ċomb jispiċċa ma kinitx tal-Parlament Ewropew iżda b’maġġoranza tal-istati Membri illi vvutaw li dan jispiċċa. Malta baqgħat sal-aħħar tivvota kontra dan, imma fl-aħħar vot illi ttieħed bħala pajjiż konna f’minoranza u għaldaqstant wara diversi tentattivi l-vot spiċċa għadda.
Wara pressjoni illi għamilna, irnexxielna ntaffu parti minn din il-problema li ma konniex aħna li ġibniha fuqna – l-akbar rebħa kienet dik li ksibna lbieraħ illi minflok fi ftit xhur din il-projbizzjoni tidħol fis-seħħ 7 snin oħra. Irnexxielna wkoll inżommu l-użu taċ-ċomb f’każijiet limitati illi għalkhemm ma jsolvix il-problemi kollha li ser jinħolqu minħabba l-isfidi li joħloq il-pajsaġġ Malti, żgur illi ser itaffi parti minnhom.
Dak li stajna nagħmlu flimkien ma’ diversi MEPs Ewropej illi japprezzaw id-delizzju għamilnih u ksibna l-massimu possibli li stajna niksbu mis-sitwazzjoni li ħaddieħor ġab fuqna.

