Ġimgħa ilu ktibt dwar kif qraba u ħbieb ta’ Jeanette Aquilina, il-mara ta’ Robert Aquilina huma inkwetati illi l-verdett fil-ġuri ta’ Yorgen Fenech jista’ jkun detrimentali għaliha billi żewġha Robert jinfexx il-frustrazzjoni tiegħu fiha kif ġieli ġara f’okkażjonijiet oħra.
Qraba ta’ Jeanette Aquilina li tkellmu miegħu ftit tal- ħin ilu reġgħu urew l- inkwiet tagħhom għall- fatt li llum il- Qorti laqgħet l-appell ta’ Joseph Muscat u ordnat biex jittieħdu passi kontra Miroslava Milenovic, b’mistoqsijiet serji dwar il-kredenzjali professjonali tagħha fl-inkjesta tal-Vitals.

Inkwetati u nbeżżgħin għaliex aħbar bħal din tefgħet lil Robert Aquilina fi stat ta’ rabja u frustrazzjoni li tista’ twassal għal sitwazzjoni bħal meta tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni tal-2022, li huma jiddiskrievuh bħala wieħed minn dawk l-episodji koroh waħx fejn Robert Aquilina żvoga r-rabja tiegħu għar-riżultat elettorali f’omm uliedu.
Nappella sabiex jekk hemm tħassib ġenwin dwar is-sigurtà ta’ xi persuna, dan għandu jittieħed bis-serjetà u jitressaq quddiem l-awtoritajiet kompetenti.
Solidarjetà ma’ Jeanette Aquilina u wliedha. Is-serenità u s-sigurtà ta’ kull familja għandhom dejjem jiġu qabel kull battalja politika.

