Dokument dwar trasferiment ta’ 600 sehem f’Think-OTB Ltd minn Raisa Bugeja għal Edward Mizzi jqajjem mistoqsijiet ġodda dwar relazzjonijiet personali, interessi kummerċjali u l-governanza fl-Awtorità tad-Djar.
Dokument uffiċjali relatat mal-kumpanija Think-OTB Ltd, u li jinsab fil-pussess tiegħi jikkonferma li fl-20 ta’ Ġunju 2025 sar trasferiment ta’ 600 sehem ordinarju minn Raisa Bugeja għal Edward Mizzi.
It-trasferiment ġie rreġistrat skont l-Artikolu 120(3) tal-Att dwar il-Kumpaniji tal-1995.
L-ishma għandhom valur nominali totali ta’ €600 u huma mħallsa sa 20%. Id-dokument ma jispeċifikax il-prezz tat-trasferiment u lanqas ma jistabbilixxi jekk Edward Mizzi huwiex l-uniku sid tal-kumpanija.

Raisa Bugeja, li ttrasferiet dawn l-ishma lil Edward Mizzi, hija t-tfajla ta’ Matthew Zerafa, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar.
Dan ikomplu jqajjem aktar mistoqsijiet leġittimi dwar jekk kienx hemm interessi li kellhom jiġu ddikjarati u jekk kinux osservati l-proċeduri kollha dwar kunflitti ta’ interess.
Aktar dettalji fl-artiklu li jmiss.

