Każ Milenovic: Il-Qorti Tqajjem Mistoqsijiet Serji dwar l-Investigazzjoni tal-Pulizija (2)

Neville Gafa

~ 33 minutes ago

Każ Milenovic: Il-Qorti Tqajjem Mistoqsijiet Serji dwar l-Investigazzjoni tal-Pulizija (2)

Skont il-pożizzjoni ta’ Joseph Muscat, kien hemm raġunijiet biex tiġi investigata l-informazzjoni konfliġġenti dwar il-kwalifiki u l-awtorizzazzjonijiet professjonali ta’ Milenovic, li ngħatat rwol professjonali fl-inkjesta tal-Vitals.

 

L-argument tiegħu, kif jirriżulta mill-każ, ma kienx li jingħata xi trattament privileġġat, iżda li l-allegazzjonijiet jiġu investigati skont il-liġi.

 

Għad irid jiġi stabbilit b’mod definittiv:

 

  • x’kwalifiki u ċertifikati kellha Milenovic fil-perjodu rilevanti;

 

  • jekk kellhiex il-warrant jew awtorizzazzjonijiet professjonali meħtieġa;

 

  • jekk ix-xogħol li wettqet kienx legalment awtorizzat;

 

  • jekk kienx hemm reat kriminali jew ksur ieħor tal-liġi;

 

  • jekk l-investigazzjoni tal-Pulizija kinitx kompluta u adegwata;

 

  • u jekk xi persuna għandhiex tinżamm responsabbli bħala riżultat tal-investigazzjonijiet ulterjuri.

 

Miroslava Milenovic

 

Mhux biss jekk Milenovic kellhiex l-awtorizzazzjonijiet professjonali meħtieġa, iżda għad irid jiġi stabbilit dwar jekk l-awtoritajiet investigattivi wettqux l-iskrutinju li kien mistenni minnhom.

 

Nistaqsi,  jekk l-istess livell ta’ skrutinju applikat għal Joseph Muscat għandux japplika wkoll għall-esperti u għall-proċessi li kellhom rwol fl-investigazzjoni kontrih.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *