Kull tifel u tifla jistħoqqilhom jikbru f’ambjent li jagħtihom l-aqwa opportunitajiet għal ħajja sana.
Waqt l-ewwel Konferenza dwar in-Nutrizzjoni Neonatali u Pedjatrika, Ian Borg ħabbar it-tnedija ta’ proġett pilota ta’ screening għall-obeżità fl-iskejjel, bil-għan li l-problemi tas-saħħa jiġu identifikati u indirizzati minn età bikrija.
Din l-inizjattiva tpoġġi l-prevenzjoni fiċ-ċentru tal-politika tas-saħħa, filwaqt li tipprovdi gwida u appoġġ lit-tfal u lill-ġenituri, b’sensittività u rispett lejn id-dinjità ta’ kull individwu.
Il-prevenzjoni mhix biss kwistjoni ta’ saħħa, iżda investiment fil-kwalità tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet futuri. Pajjiż li jinvesti fis-saħħa ta’ wliedu jkun qed jinvesti fil-futur tiegħu stess.

