Parti 2: Il-battalja tal-marketing: Il-kuntrast bejn l-SDM u Pulse

Neville Gafa

~ 14 hours ago

Parti 2: Il-battalja tal-marketing: Il-kuntrast bejn l-SDM u Pulse

Fi żmien fejn il-midja soċjali hija parti integrali mill-ħajja taż-żgħażagħ, il-preżenza diġitali ta’ għaqda studenteska hija vanġelu.

 

Skont iċ-ċifri li wasluli, minn Ġunju sal-lum, l-SDM ippubblikaw aktar minn 150 post fuq Instagram biss, filwaqt li Pulse ippubblikaw madwar 80.

 

Din id-diskrepanza tirrifletti żewġ xenarji differenti lejn il-komunikazzjoni mal-istudenti.

 

Mal-ftuħ tas-sena skolastika, l-SDM organizzaw attività wara oħra, ħadmu fuq aggressive campaign, u saħansitra ġabu artist barrani rinomat għal waħda mill-attivitajiet tagħhom.

 

Min-naħa l-oħra, il-preżenza ta’ Pulse kienet ferm aktar limitata.

 

Kif tippretendi li tattira l-istudenti meta torganizza ftit attivitajiet u lanqas dawk ma tippromwovihom b’mod adegwat?

 

Il-marketing mhuwiex biss pubbliċità, iżda  mezz biex tinbena identità, jinħoloq sens ta’ appartenenza u tinżamm relazzjoni kontinwa mal-istudenti.

 

Naturalment, in-numru ta’ posts waħdu ma jiddeterminax ir-riżultat ta’ elezzjoni. Madankollu, meta d-diskrepanza fil-komunikazzjoni tkun akkumpanjata minn differenza sostanzjali fl-attivitajiet organizzati, wieħed irid jistaqsi jekk kienx hemm strateġija adegwata min-naħa ta’ Pulse.

 

Għaxar snin ta’ rebħiet konsekuttivi ma jistgħux iservu bħala sostitut għall-innovazzjoni, il-kreattività u l-ħidma kontinwa.

 

Il-ġenerazzjonijiet jinbidlu. Il-mezzi ta’ komunikazzjoni jevolvu. L-aspettattivi tal-istudenti jinbidlu magħhom.

 

Għaqda li tonqos milli tadatta għal dawn il-bidliet tirriskja li titlef ir-rilevanza tagħha.

 

Fit-tielet parti ta’ din is-serje se nkun qed nittratta aspett ieħor importanti: l-għajnuna li ġiet offruta lil Pulse u l-opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni li, skont l-informazzjoni li waslitli, ma ġewx sfruttati.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *