Il-Gvern Witta Art Fertili għal Terroriżmu Psikologiku

Neville Gafa

~ 4 months ago

Il-Gvern Witta Art Fertili għal Terroriżmu Psikologiku

 

Wasal iż-żmien li jogħla l-ammont ridikolu tal-libelli.

 

Mela ejja ngħidu bniedem jiddeċiedi li b’sempliċi keyboard jintefa’  jfajjar bl-addoċċ u jħammeġ in-nies. Ta kuljum joħloq terrur. Ikisser in-nies. Ikisser familji u jkisser negozji. Politiċi u mhumiex, jattakka personali.

 

X’se jwaqqfu milli jagħmel dan?

 

XEJN‼️ Għax il-liġi kif inhi la toffri deterrent u lanqas rimedju.

 

Dan in-nuqqas mhux żgħir iżda gravi, kien u se jkompli jkisser soċjetà sħiħa. Bħal ma spjegajt diġà, illum il-malafama ddur mad-dinja kollha. Fejn qabel konna nsejħulu tfiegħ ta’ tajn, illum is-sitwazzjoni tant iggravat li mhux darba jew tnejn wasslet persuni jneħħu ruħhom b’idejhom. 

 

Daqshekk hi gravi s-sitwazzjoni f’pajjiżna‼️

 

Tgħiduli però l-vittma dejjem jista’ jiftaħ libell. Dażgur mhux hekk? Deċiżjoni traġika għax illum il-ġurnata jekk tiftaħ libell mhux talli ma tieħux rimedju, talli aktarx iktar tisawwat.

 

 

Sur Gvern, mintix tinduna li din sitwazzjoni tal-waħx?

 

Meta se tirrikonoxxi li bin-nuqqas ta’ azzjoni u bit-tkaxkir tas-saqajn wittejt art fertili għal terroriżmu psikologiku?

 

Sur Gvern, xammar il-kmiem u ara x’se jagħmel‼️

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *