Għamlu kuntatt miegħi diversi infermiera mid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-isptar Mater Dei. Dan b’rabta ma kummenti li ta l-Ministru għas-Saħħa relatat mal-imsemmi Dipartiment.
Mistoqsi dwar is-sitwazzjoni fis-settur tas-saħħa huwa qal li “L-istrateġija tal-Gvern għall-emerġenza hija speċi ta’ jigsaw puzzle, kif ilna ngħidu. Aħna nixtiequ li dan is-settur ikun riformat. Qed immexxu r-riformi ‘l quddiem diġà. Qed immexxuhom bl-iktar mod li jiena nixtieq li huwa fast? Issa jiġġudika l-poplu.”
Il-Ministru sostna wkoll li l-ħaddiema tal-Emerġenza gawdew minn żieda fil-paga.
Bosta infermiera li tkellmu miegħi kienu sorpriżi u esprimew rabja għal dawn il-kummenti għaliex sal-lum il-Ħamis 29 ta’ Awissu 2024, dawn għadhom ma xammew ebda żieda fil-pagi tagħhom. “Dan biex ma nsemmux ukoll il-bosta riżenji ta’ infermiera mill-istess dipartiment.”
Dawn l-infermiera insistew miegħi biex nikteb u nwassal il-messaġġ tagħhom.
Nistaqsi;
Jistgħu l-awtoritajiet tas-Saħħa jikkonfermaw dak li sostna l-Ministru dalgħodu?
Huwa minnu li l-infermiera tal-Emerġenza gawdew minn żieda fil-paga?
Nistennew kjarifika.