Tiftakaru minn x’hiex għaddewha lil Dr. Justyne Caruana?
Tiftakaru kemm sparaw kanuni fuqha u ma waqqfux qabel ma rreżenjat minn Ministru għall-Edukazzjoni?
Sadanittant, Roberta Metsola ħatret lir-raġel ta’ oħtha Matthew Tabone bħala l-Kap tal-uffiċċju tagħha. Kariga li ġġib magħha salarju ta’ 20,000 Ewro fix-xahar.
Rule of Brother-In-Law‼️
Sinjuri tal-Oppożizzjoni, xi tgħidu dwar dan in-nepotiżmu sfrenat?
Se toħorġu tikkundannaw lil Metsola bħalma ikkundannajtu lil Justyne Caruana?
Dan mhux ksur ta’ etika? Jew l-etika skont kif taqbel lilkom u lil butkom?