Dil-ġimgħa rajna kif libell waqt kampanja elettorali sewa lil Eddie Fenech Adami LM3000 iżda rebaħ elezzjoni ġenerali.
Lill-Partit Laburista tellfitu elezzjoni ġenerali u kkundannatu 10 snin oħra fl-Oppożizzjoni.
Ma jitmemmnux! Artiklu ieħor mill-aktar libelluż fil-konfront tal-Prim Ministru. Qisu xejn m’hu xejn.
Saħansitra ippubblika artiklu b’ filmat dwar il-ħasil tal-flus minn Robert Abela.
Silenzju assolut.
Prim Ministru,
Int kuntent li jgħajjrek bill-ħasil tal-flus?
Inti trid tagħti eżempju u ma tħallix min iħammeġ ismek.
Għaliex qed tiġi kkundizzjonat minn sitwazzjoni ta’ liġi inadegwata li qed joħloq il-Gvern stess?
Minn x’hiex qed tibża’ biex tibdel il-liġi?
Min qed jheddek?
Prim Ministru, għandek obbligu tipproteġi mhux biss lilek innifsek iżda liġi li toffri protezzjoni lil kull min isofri abbuż jew malafama.
Il-Labour tela’ fil-Gvern wara snin twal fl-Oppożizzjoni u wera’ li ma tgħallem xejn mill-passat.
1 Comment
Is suppervja tant kibret li difficli li titnehha.