Arnold Cassola jiddiletta sew bl-ilmenti quddiem il-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
Sadanittant, Roberta Metsola ħatret lir-raġel ta’ oħtha Matthew Tabone bħala l-Kap tal-uffiċċju tagħha. Kariga li ġġib magħha salarju ta’ 20,000 Ewro fix-xahar.
Rule of Brother-In-Law‼️
Prof. Cassola, int qed twiegħed li sakemm tagħtik is-saħħa, se tibqa’ tiġġieled għas-sewwa.
X’itfisser is-sewwa għalik?
Taqbel mad-deċiżjoni ta’ Roberta Metsola?
Jew hemm sewwa u sewwa fil-vokabolarju tiegħek?
Dan mhux nepotiżmu sfrenat?
Kif kont taġixxi kieku tali deċiżjoni ttieħdet minn persuna Laburista?
Ippreparajtu l-ilment għal quddiem il-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, jew għadek qed tlaħħmu?
Qed nistennewk bis-sabar tressaq l-ilment.