Wasal iż-żmien li jogħla l-ammont ridikolu tal-libelli. Sfortunatament, għandna Gvern li jibza’ jemenda l-liġi. Għaliex din il-biża ma nafx u għandi kurżità kbira li nkun naf x’qed iżommu milli jagħmlu dan.
Il-Gvern għandu obbligu jipproteġi l-vittmi tal-abbuż ġurnalistiku. Madankollu, wara 11 -il sena fit-tmun tal-pajjiż, Gvern Laburista għadu sal-lum ikaxkar saqajh u jabbdika milli jaġixxi.
Lil kull min tistaqsi jeżistux miżuri dixxiplinarji kontra ġurnalisti li jabbużaw, ħadd ma jaf iwieġeb. U dan għal raġunijiet ovvji. Għax ma jeżistux.
Impunita’ assoluta ‼️
Se nibqa’ ninsisti li jkollna “Daphne Law” – liġi li toffri rimedji lil-vittmi tal-abbuż u l-malafama.
Għaliex qed insejħilha Daphne Law? Għaliex kienet Daphne Caruana Galizia li żergħet iż-żerriegħa tal-mibegħda. Kienet DCG li bdiet din ix-xorta ta’ kitba odjuża.
Il-Gvern aħjar ixammar l-kmiem u jara x’se jagħmel. Il-poplu mxebba’ mit-terroriżmu psikoloġiku. Il-Laburist xeba’ jaqla’ swat minħabba liġi ta’ 40 sena ilu.
Sur Gvern, qed tistenna li l-poplu jirribella biex terfa’ r-responsabbiltà u tibdel il-liġijiet?
Għatu lill-poplu dak li jixraqlu; Daphne Law” – liġi li toffri rimedji lil-vittmi tal-abbuż u l-malafama.